Lokali

AĠĠORNATA: Adrian Delia jesprimi solidarjeta’ mal-President Coleiro Preca

L-azzjoni li toħroġ 'l barra "mhux se ssolvi l-kriżi"

Il-President ta’ Malta ġiet imbarazzata mill-Assemblea Parlamentari ta’ Sqallija meta lbieraħ numru ta’ deputati tal-Movimento 5 Stelle ħarġu ‘l barra fil-ħin li hi bdiet titkellem. L-azzjoni ġiet bħala sinjal ta’ protesta rigward il-kwistjoni Aquarius – każ li reġa’ qajjem tensjonijiet kbar bejn Malta u l-Italja.

Il-Movimento 5 Stelle għandhom 20 membru minn 70 li jiffurmaw l-Assemblea.

Wara din l-azzjoni, il-Kap tal-PN Adrian Delia esprima solidarjeta’ mal-President Coleiro Preca. Hu insista illi “li toħroġ ‘l barra mhux se ssolvi l-kriżi”.

Adrian Delia tenna li l-PN se jibqa’ jiddefendi l-interess nazzjonali.