Lokali Parlament

L-adozzjoni tal-embrijuni toħloq kumplikazzjonijiet kbar…il-matching għandu jitneħħa mil-liġi


– Claudio Grech, PN

Id-deputat Nazzjonalista Claudio Grech qal l-Oppożizzjoni ma taqbilx mal-adozzjoni tal-embrijuni għaliex dan hu kunċett mimli kumplikazzjonijiet fejn il-mekkaniżmu tal-operat tal-adozzjoni hu mimli kumplikazzjonijiet inspjegabbli fejn ikun hemm embrjiun li jingħata għall-adozzjoni.

Il-liġi dwar l-IVF kienet diskussa fit-tieni seduta tal-Kumitat Parlamentari li qed jitratta l-klawsoli tal-liġi. Claudio Grech qal li skont il-liġi, dan l-embrijun li se jmur għall-adozzjoni se jingħata meta l-mara tilħaq l-età massima tal-adozzjoni. Dan se jwassal biex, bħala minimu, jekk embrijun mhux se jintuża mill-omm, dan l-embrijun se jagħmel 10 snin iffriżat zgur.L-Oppożizzjoni se tressaq emenda biex din il-klawsola titneħħa kompletament.

Iktar minn hekk, hemm l-argument tal-matching fejn se jkun hemm ċirkostanzi li l-embrijun se jibqa’ ffriżat minħabba l-profil tiegħu. L-Oppożizzjoni topponi għal din is-selittività, li hi bbażata fuq il-kulur jew l-etniċiità. Il-matching għandu jitneħħa mil-liġi, sostna Claudio Grech, li kompla li, din hi diskriminazzjoni fuq min jiġi matched u min jibqa’ barra.

Id-deputat Nazzjonalista Claudio Grech qal li hemm konfużjoni fit-termini ta’ ġenitur prospettiv li qed jintuża għall-ġenitur li ta l-embrijun, fil-kuntest addottiv u bħala ġenitur applikant. Hu qal li l-ġenituri bijoloġiċi se jagħmlu d-donazzjoni tal-embrijun, li ssir adozzjoni iżda l-liġi ma ssemmix il-proċess li tistipula meta se ssir id-donazzjoni tal-embrijun.

Hu semma l-kwalifika meta l-embrijun ma jkunx adottat u talab spjega dwar it-terminu’ eċċezzjonali’ li qed tintuża.

Id-deputat Nazzjonalista Robert Cutajar staqsa jekk hux qed ikun hemm ksur tal-Konvenzjoni tat-Tfal.

Id-Deputat Prim Ministru qal li s-sistema se taħdem b’mod li l-ġenituri li jagħtu donazzjoni tal-embrijun jidħlu f’kuntratt ta’ ħames u jkun wara l-ħames snin li l-embrijun jingħata għall-adozzjoni.

Id-deputat Nazzjonalista Claudio Grech tkellem dwar l-interess ġuridiku u qal li għandha tkun il-qorti li tiddeċiedi fl-interess tal-embrijun.

Il-kumitat iddiskuta l-fażi tad-donazzjoni fejn Claudio Grech staqsa kif se jibda l-proċess ta’ donazzjoni għaliex dan ma jissemma’ mkien fil-liġi. Id-deputat Prim Ministru Fearne qal li dan hu definit fil-liġi.

It-Tabib Schembri Wismayer mill-Univeristà qal li hu ġabar il-petizzjonijiet mill-professjonisti dwar meta tibda l-ħajja u spjega li huma jaqblu l-embrijun hu l-bidu tal-ħajja umana. Hu sostna li embrijun hu ġenitikament awtonomu u m’għandu bżonn xejn biex jikkontrolla lilu nnfisu.

It-Tabib Wismayer qal li l-iffriżar tal-bidu tal-ħajja mhix irpettiva u ma jaqblux magħha iżda jridu jaslu għal kompromess. Hu kompla li madwar id-dinja hemm 10% tal-embrijuni li jmutu u sostna li l-koppji għandhom l-istess ċansijiet bis-sistemi li hemm speċifikati. Fl-2014 ir-rata ta’ embrijuni ta’ suċċessi kienet fl-istess livell ta’ barra minn Malta, bejn 20% u 30%. Hu kompla li mhux bilfors li dawn il-każi se jkunu mgħejjuna b’suċċess u se ssir iktar riskju fuq il-ħajja tal-embrijun. Hu espriema xewqa li jekk ikun fadal embrijun iffriżati l-gvern jagħti ċikli b’xejn lill-koppji li se jaddottaw ukoll.

It-Tabib Michael Axiaq qal li għandu kwistjonijiet importanti dwar is-suġġett u sostna li l-iffriżar tal-embrijun u d-defrosting jinvolvi telfien tal-ħajja bejn 10% u 30% tal-ħajja. Din hi kwistjoni kostituzzjonali għaliex dan hu theddida għall-ħajja. Hu kompla li l-embrijuni se jingħażlu fejn se jingħażlu l-aħjar tnejn waqt li t-tielet wieħed se jibqa’ iffriżat; li se jkun l-aktar embrijun dgħajjef. Min se jaddotta dan l-embrijun se jkun qed jieħu embrijun indikat li hu dgħajjef. Id-dritt għall-ħajja innoċenti jirbaħ fuq kull dritt ieħor u hu dritt assolut. Għalhekk kull embrijun għandu dritt assolut għall-ħajja u b’din il-liġi dan id-dritt qed jinkiser.

It-Tabib Axiaq kompla li s-surplus ta’ embrijuni hi problema oħra; fid-dinja hemm żewġ miljun embrijun iffriżat. Hu staqsa għaliex il-gvern irid idaħħal l-iffriżar tal-embrijuni u qal li Malta ilha sitt snin biss tagħmel l-IVF u hi l-uniku stat li ma jagħmilx l-iffriżar.

It-Tabib Miriam Sciberras mil-Life Network Foundation qalet li ma tistax tifhem għaliex se jiddaħħal l-iffriżar tal-embrijuni b’għażla meta hemm għaliet oħra li jwasslu għal iktar twelid tal-embrijuni. Hi staqsiet jekk se jibqa’ jsir iffriżar tal-embrijuni jekk ikun hemm surplus. Se jkun hemm punt meta jitwaqqaf l-iffriżar? staqsiet it-Tabib Sciberras.

Grace Attard mill-Kunsill Nazzjonali tan-Nisa qalet li din mhix liġi li mhix tipprovdi protezzjoni għall-embrijun iżda l-liġi tipprovdi biex min irid juża l-proċess u jkollu t-tfal. Il-pajjiż se jkollu iktar embrijuni fil-friża, sostniet Grace Attard, li qalet li qed isir abbuż mid-drittijiet tal-mara; li għandha dritt tiddeċiedi hi. Ma teżistix ċertezza dwar kemm se jkun hemm suċċess u kemm se jkun hemm embrijuni ffriżati.

Il-psikoterapista Eleonor Borg staqsiet xi studju għamel il-gvern fuq livell psikoloġiku dwar x’jgħaddu minnhom it-tfal li jkun adottatat minħabba l-iffriżar tal-embrijuni. Hi qalet li l-liġi tinkoraġġixxi lill-ġenituri prospettivi biex jgħaddu embrijuni lil ġenituri oħra. Eleonor Borg kompliet li r-riċerka barra minn Malta dwar il-koppji li għandhom l-embrijuni iffriżati turi li dawn ikollhom dilemmi kbar dwar x’se jagħmlu bihom. Hi qalet li se jkun hemm riperkussjonijiet fejn it-tfal li jitwieldu minn dawn il-proċessi issa qed jitkellmu. Ejja ma nikkomplikawx il-ħajja tat-tfal, appellat Eleonor Borg.

Id-deputat Nazzjonalista Maria Deguara tkellemt dwar l-importanza li fl-Awtorità jkun hemm il-professjonisti u l-ispeċjalisti kollha fosthom l-embrijoloġisti. Hi tkellmet kontra l-hyper stimpulation tal-mara u sostniet li din tant hi perikoluża li seħħu żewġ imwiet. Għandha issir diskussjoni ma’ kull koppja individwali. Hi qalet li hi favur l-IVF u appellat biex ikun hemm qbil miż-żewġ naħat dwar il-każi. Adozzjoni ta embrijuni mis-surplus hi diffiċli għaliex il-koppji li jieħdu l-embrijuni jkollhom l-opportunità li jagħżlu donazzjoni tal-gamiti għaliex kulħadd jixtieq li jkollu nofs l-embrijun.

Id-deputat Nazzjonalista Stephen Spietri qal li għandu jkun assigurat li titnaqqas il-ħsara biex il-bidu tal-ħajja tal-embrijun ma tkun esposta għall-perikli. L-Awtorità għall-Protezzjoni tal-Embrijuni għandha tħares dan bħala prijorità. Il-liġi għandha tipprovdi kemm lill-embrijun kif ukoll lit-tfal li jitwieldu waqt li jgħin lill-koppji.

Id-deputat Prim Ministru Fearne qal li kull embrijun għandu jkollu l-opportunità li jsir tarbija u aċċetta proposta tad-deputat Nazzjonalista Maria Deguara biex in-numru ta’ bajd fertilizzat jkun taħt gwida ta’ tim multi dixxiplinarju b’massimu ta’ ħames bajdiet. Hu ma qabilx li għandu jkun hemm l-involviment tal-politiċi f’dan il-proċess. Hu qal li tkun il-qorti li tiddeċiedi jekk ikun hemm kwistjoni bejn il-ġenituri u l-ġenituri prospettvi. Il-kumitat se jiddiskuti emenda f’dan is-sens fil-laqgħa li jmiss.

Il-kumitat iddiskuta l-emenda li tikkonċerna l-użu tal-bajd ta’ persuna li tkun mietet iżda tat donazzjoni qabel fejn kien stabbilit li hu llegali tittieħed l-isperma jew bajda ta’ persuna wara li din tkun mietet. Dwar l-embrijuni li jisnabu f’banek barra minn Malta fejn Claudio Grech qal li l-embrijun li ma jkunux bioloġikament tal-ġenituri m’għandhomx ikunu kkunsidrati bħala komodità. Id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne qal li l-Gvern jaqbel li kull embrijun jingħata l-opporutnità li jsir tarbija.