Lokali Qorti

L-Avukat Ġenerali jappella għat-tneħħija ta’ Silvio Valletta

Id-Deputat Kummissarju Silvio Valletta

L-Avukat Ġenerali se jappella mid-deċiżjoni tal-Qorti li tneħħi d-Deputat Kummissarju Silvio Valletta mill-investigazzjoni dwar l-assassinju ta’ Daphne Caruana.

Dan qalu l-Ministru tal-Ġustizzja, Owen Bonnici, f’kummenti lill-media l-Erbgħa filgħodu meta kkonferma l-intenzjonijiet ta’ Peter Grech li jappella mid-deċiżjoni li ħa l-Imħallef Silvio Meli t-Tlieta, fid-dawl tar-raġel tal-Ministru Justyne Caruana. Huwa kien qed jiġi mistoqsi dwar min possibbilment jinħatar minflok Valletta, liema mistoqsija naqas milli jwieġeb.

F’sentenza twila u ddettaljata, l-Imħallef Silvio Meli ta raġun lill-familja ta’ Daphne Caruana Galizia dwar il-ksur ta’ drittijiet tagħhom u l-kunflitt ta’ interess fl-għażla ta’ Valletta. Dan minħabba li hu espost politikament, miżżewweġ lill-membru tal-kabinett, membru tal-FIAU u suġġett ta’ kritika mill-pinna tal-vittma.