Lokali Qorti

L-Avukat Ġenerali se jappella wara t-tneħħija ta’ Silvio Valletta mill-investigazzjoni

Id-Deputat Kummissarju Silvio Valletta

L-Avukat Ġenerali se jappella mid-deċiżjoni tal-Qorti li tneħħi d-Deputat Kummissarju Silvio Valletta mill-investigazzjoni dwar l-assassinju ta’ Daphne Caruana.

Dan qalu l-Ministru tal-Ġustizzja, Owen Bonnici, f’kummenti lil midja l-Erbgħa filgħodu meta kkonferma l-intenzjonijiet ta’ Peter Grech li jappella mid-deċiżjoni li ħa l-Imħallef Silvio Meli t-Tlieta fid-dawl tar-raġel tal-Ministru Justyne Caruana.

F’sentenza tiegħu l-imħallef Silvio Meli ta raġun lill-familja ta’ Daphne Caruana Galizia dwar il-ksur ta’ drittijiet tagħhom u l-kunflitt ta’ interess fl-għażla ta’ Valletta minħabba li hu espost politikament, miżżewweġ lill-membru tal-kabinett, membru tal-FIAU u suġġett ta’ kritika mill-pinna tal-vittma.