F’konferenza li iffukat fuq il-budget li jmiss tal-Unjoni Ewropea, il-Viċi President tal-Kamra tal-Kummerċ Andrew Mamo appella lill-Gvern biex ma jiżbaljax meta jinnegozja l-fondi tal-budget il-ġdid. Dan għaliex “mhux għaqli li l-Gvern jaħseb li b’mod sempliċi se jiżdiedu l-flus tal-UE lejn Malta.”
Din it-twissija saret f’konferenza li matulha kien preżenti s-Segretarju Parlamentari Aaron Farrugia.
Andrew Mamo insista li l-Gvern irid iħejji portafoll ċar ta’ inizjattivi u proġetti li minnhom tibbenifika l-komunita’ kollha, inkluż in-negozji.
Bħalissa qed isiru d-diskussjonijiet għall-fondi Ewropej li se jkopru s-snin 2020-2027.
Intant, kellima għall-Kummissjoni Ewropea qalet li Malta tinsab fl-aħħar post fejn jidħlu proġetti finanzjati mill-European Investment Bank. Hi appellat lill-Gvern biex ikun aktar proattiv f’dan ir-rigward.
//= $special ?>