Lokali Qorti

Mastrudaxxa mitlub jirrifondi l-flus lill-klijenti

Xogħol ħażin u mhux tas-sengħa sewa lil mastrudaxxa  €4,100 hekk kif dan intalab mill-qorti li jirrifondi €3,200 li kienu ħallsu l-klijenti bħala depożitu fuq xogħol, flimkien ma €1,050 oħra għad-danni li sofrew.

Il-koppja li kienu ordnaw bibien u arkata tal-injam mingħand il-mastrudaxxa, fetħulu kawża meta ma kienux sodisfatti bix-xogħol li sarilhom. Esperti tal-qorti sabu li x-xogħol ma kienx tas-sengħa u li kien difettuz u ikrah.

Il-maġistrat ma laqgħetx it-talba tal-koppja li l-mastrudaxxa jagħmel tajjeb għal xogħol ġdid ordnat minn x’imkien ieħor.