Lokali Qorti

Meħlus mill-arrest raġel li pprova joqtol mara u tifel f’karozza

Raġel ta’ 26 sena minn Ħaż-Żabbar li kien miżmum arrestat fuq attentat ta’ qtil ta’ mara u binha ta’ għaxar snin, inheles mill-arrest wara li l-imħallef Antonio Mizzi laqgħa r-rikors tiegħu.

Alvin Pullicino, li huwa akkużat li pprova jaħraq ħajjin lil oħt l-eks sieħba tiegħu u lil binha f’karozza f’lulju tas-sena l-oħra nħeles wara li kien ilu jinżamm taħt arrest 11-il xahar.

Qal ukoll li għandu tifla ta’ 8 snin li ilu ma jaraha kemm ilu arrestat waqt li kuġinuh li kien ukoll involut fil-każ kien inħeles f’Marzu. Pullicino nħeles fuq depożitu ta’ €10,000 u garanzija personali ta’ €50,000.