Futbol Sport

SERIE A: Filippo Inzaghi kowċ ta’ Bologna

Tard l-Erbgħa filgħaxija Bologna ħabbru li ħatru lill-eksplejer internazzjonali Taljan Filippo Inzaghi bħala l-kowċ il-ġdid tagħhom.

Inzaghi ffirma kuntratt li se jorbtu mal-klabb sal-2020 u hu se jkun qed jieħu post Roberto Donadoni li ħalla l-kariga lejn tmiem l-istaġun li għadda wara serje ta’ riżultati negattivi.

Inzaghi kien ilu dawn l-aħħar sentejn imexxi lil Venezia fejn magħhom kiseb il-promozzjoni għas-Serie B u rebaħ il-Coppa Italia tal-Lega Pro. Fil-passat Inzaghi kien anke kowċ ta’ Milan.