Il-Qorti tal-Appell fil-Greċja kkonfermat id-deċiżjoni tal-ewwel Qorti, u b’hekk, il-whistleblower tal-Bank Pilatus mhix se tkun estradita.
Fl-ewwel reazzjoni tiegħu, il-Kap tad-Delegazzjoni tal-Partit Nazzjonalista fil-Parlament Ewropew David Casa, li mar Ateni tliet darbiet biex jaħdem mat-tim legali ta’ Maria Efimova, qal li Maria Efimova kienet is-sors ta’ Daphne Caruana Galizia. Daphne Caruana Galizia nqatlet u l-moħħ wara l-assassinju għadu ma nqabadx. Dawk li użaw il-Bank Pilatus għal attività kriminali għadhom fil-poter f’Malta. Hu ċar li l-ħajja ta’ Maria kienet tkun f’riskju kieku ġiet estradita.
“It-toroq kollha jindikaw lejn il-Bank Pilatus. Il-Bank Pilatus kien kompliċi f’korruzzjoni u ħasil ta’ flus għal persuni fil-politika fl-ogħla livelli tal-Gvern Malti. Maria kienet xhud ta’ din l-attività llegali u l-informazzjoni li provdiet ġiet ikkonfermata li kienet tajba. Dawk li poġġew lilhom infushom f’riskju biex jikxfu l-ħażin, jixirqilhom il-protezzjoni. Mhux biss bil-kliem iżda anke bl-azzjonijiet. Jien nilqa’ d-deċiżjoni tal-Qorti Griega u nittama li issa, Maria tingħata s-serħan il-moħħ u t-trankwilità li jixirqilha.”
//= $special ?>Greek Court of Appeal confirms decision not to extradite #PilatusBank whistleblower Maria Efimova to Malta. I welcome the decision of the Greek courts and am hopeful that this will give Maria the peace of mind and tranquility she very much deserves.
— David Casa (@DavidCasaMEP) June 14, 2018