Il-Fondazzjoni Life Network Malta tinsab ferm diżappuntata bl-Emendi li għaddew dwar l-Att tal-Protezzjoni tal-Embrijun. Dawn l-emendi ma jagħtux każ id-drittijiet tat-tfal li jitwieldu minn dawn il-proċeduri.
L-iffriżar tal-Embrijun ser jiddahhal b għazla u mhux fl-eċċezzjoni- dan mhux fl-interess tal-embrijun li ma jingħatax iċ-ċans li jitwieled iżda li ħajtu titpoġġa fil-periklu.
L-emendi jinkludi l-iffertiliżżar ta massimu ta ħames bajdiet fl-ewwel ċiklu tat-trattament, bil-possibilta li jkollok ħames embrijuni , li tlieta minnhom jispiċċaw iffriżati .Din hi proposta li hi ferm agħar minn dik ta qabel li kien ta massimu ta tliet embrijuni fl-ewwel ċiklu.
Embrijun jista jagħmel sa massimu ta għoxrin sena fil-friża sa kemm il-mara tilħaq l-età ta’ tmienja u erbgħin sena meta l-Awtorità tkun tista tpoġġi dawn l-embrijuni għall-addozzjoni.
Id-donazzjoni tal-Bajda jew Sperma mhux ser ikunu marbutin ma reponsabbiltà materna jew paterna. It-tfal li jitwieldu ser jiġu intenzjonalment imċaħħda mil-ġenitur jew ġenituri bioloġiċi tagħhom. Hemm konsegwenzi ta tbatija u konfużżjoni li jħossu dawn it-tfal meta jifhmu li twieldu hekk b ghażla ta’ persuna oħra.
Il-kunċett li persuni single joħolqu tfal biex jghixu apposta minghajr omm u minghajr missier mhux fl-interess tat-tfal u zgur li mhux ġustizzja soċjali li jistgħu jitwieldu ukoll tfal li missierhom jew ommhom ikunu diġa mietu- orfni mat-twelid.
Il fatt li t-tfal ser jingħataw aċċess li jkunu jafu l-identità ta ommhom jew missierhom ta tmintaxil-sena jew f każ eċċezzjonali ta saħħa ma jsolvix il-problemi ta dawn it-tfal.
Il-Fondazzjoni tisħaq li id-diskussjoni u x-xogħol li sar, kif ukoll meetings mal-Ministru Fearne minn għaqdiet li esprimew it-tħassib tagħhom fil-fatt ġew injorati kompletament. Dan ma kienx eżerċizzju ta konsultazzjoni fl-ispirtu ta kif issuġġeriet il-President ta Malta.
//= $special ?>

