Edukazzjoni Kunsilli Lokali Lokali

Il-grawnd tal-iskola tal-Gżira użat bħala parkeġġ

Il-karozzi fil-ground tal-iskola
Gżira United se jikkomunikaw mal-awtoritajiet dwar dan il-każ

Residenti tal-Gżira llum esprimew ir-rabja tagħhom fuq il-midja soċjali hekk kif il-grawnd tal-futbol, li hu wżat ukoll minn Gżira United, inbidel f’parkeġġ għall-karozzi.

Residenti jinsabu rrabbjata li dan il-grawnd, li t-tfal tal-Gżira damu tant jistennew u li sewa eluf ta’ ewro, spiċċa f’dan l-istat.

B’referenza għar-ritratt li ttella’ fuq Facebook, Gżira United FC tellgħu dan il-kumment fuq Facebook:
“Il-club qieghed jikkomunika mal-awtoritajiet li huma responsabbli biex tiġi riżolta s-sitwazzjoni”.