Internazzjonali

Ir-Renju Unit: It-traġedja ta’ Grenfell tagħlaq sena

Il-poplu fir-Renju Unit fakkar l-ewwel anniversarju mit-traġedja tal-Grenfell Tower, fejn bħallum sena mietu 72 persuna fost nirien li ħakmu dan il-bini tal-appartamenti li jinsab f’North Kensington, f’Londra.

Mijiet ta’ nies f’Londra, fl-aħħar sigħat, ħadu sehem f’purċissjoni li tmexxiet fis-silenzju bħala qima lill-memorja tal-vittmi. Il-purċissjoni segwiet servizz ta’ tifkira fil-Knisja ta’ Saint Helen’s, qrib il-Grenfell Tower.

Sadanittant, in-nies f’North Kensington, Notting Hill u nħawi oħra tal-kapitali tellgħu siti ta’ tifikra għall-vittmi ‘ta’ Grenfell’ fejn spikkaw xbigħat ta’ qlub u messaġġi tan-niket fost it-tqegħid tal-fjuri.

Fl-istess ħin, id-deputati fil-Parlament Britanniku u n-nies  fil-bini tal-Gvern osservaw minuta silenzju f’unur il-vittmi tan-nirien. Ġesti pubbliċi simili ta’ rispett kienu organizzati wkoll fi bnadi oħra tar-Renju Unit.