Ir-rebbieħa tal-Premiership Ingliż Manchester City se jilagħbu kontra Arsenal fl-ewwel logħba tal-kampjonat għas-sena 2018/19. L-ewwel rawnd ta’ logħob se jsir bejn il-11 u t-12 ta’ Awwissu li ġej. Din il-logħba tant mistennija se tkun l-ewwel logħba kompettiva għall-kowċ il-ġdid ta’ Arsenal Unai Emery.
Fl-ewwel rawnd ukoll, Manchester United se jilagħbu kontra Leicester City, Liverpool kontra West Ham, u t-tim promoss ta’ Wolverhampton Wanderers jilqgħu f’darhom lil Everton.
Tottenham se jibdew il-kampjonat b’logħba ġo Newcastle, hekk kif fl-ewwel erba’ logħbiet għandhom tlieta barra minn darhom. S’issa għadha ma ħarġitx il-konferma jekk l-istadium il-ġdid ta’ Totteham Hotspurs hux se jkun lest għall-bidu tal-istaġun il-ġdid.
L-ewwel rawnd ta’ logħob tal-Premiership Ingliż huma dawn:
- Arsenal v Manchester City
- Bournemouth v Cardiff City
- Fulham v Crystal Palace
- Huddersfield Town v Chelsea
- Liverpool v West Ham United
- Manchester United v Leicester City
- Newcastle United v Tottenham Hotspur
- Southampton v Burnley
- Watford v Brighton
- Wolverhampton Wanderers v Everton