Lokali Parlament

L-iffriżar tal-embrijuni għandu jkun l-eċċezzjoni mhux ir-regola…il-Gvern ma jippreżenta ebda studju li għamel

Id-deputat Nazzjonalista Claudio Grech sostna li l-Oppożizzjoni temmen li l-iffriżar tal-embrijuni għandu jkun eċċezzjoni u mhux ir-regola fil-liġi dwar il-protezzjoni tal-embrijuni. Din li-liġi kienet approavata mill-istadju ta’ kumitat.

Fil-bidu tas-seduta d-deputat Prim Ministru Chris Fearne ressaq emenda fuq proposta tad-deputat Nazzjonalista Maria Deguara dwar l-individwalità tal-każi tal-persuni li jmorru jagħmlu l-IVF. Il-Gvern qabel ma’ din il-proposta biex kull każ ikun trattat b’mod differenti u biex ikun hemm opportunità li l-bajd fertilizzat ikun daqs kemm ikun maħsub li jista’ jkun hemm embrijuni, b’massimu ta’ ħamsa. Il-gvern qabel li jinħoloq tim multidixxiplinarju, li jkun hemm il-permess tal-Awtorità u li jkun hemm protokoll li jkun diskuss quddiem il-Kumitat Parlamentari għas-Saħħa.

Id-deputat Nazzjonalista Claudio Grech qal din l-emenda kif imressqa mill-Gvern ma tirriflettix il-pożizzjoni tal-Oppożizzjoni għax fil-prinċipju l-Oppożizzjoni hi kontra l-iffriżar tal-embrijuni. L-Oppożizzjoni temmen li l-iffriżar tal-embrijuni għandha tkun biss l-aħħar stadju u mhux ir-regola. Issa li l-gvern lest jaċetta l-kunċett ta’ parir tekniku u medika, l-Oppożizzjoni qed tipproponi li din isservi bħala miżura li tnaqqas il-ħsara fiċ-ċirkostanzi ta’ dak li jrid idaħħal il-gvern. Din l-emenda tirrifletti l-kunċett li semmiet id-deputat Maria Deguara bl-involviment ta’ persuni tekniċi li jiddeterminaw in-numru ta’ ċelloli tal-bajd li jistgħu jkunu fertilizzati.

Hu qal li l-Ministru Fearne issa jrid jiffertilizza ħames bajdiet sa tlieta u dan mhux aċċettabbli għall-Oppożizzjoni.

Il-Ministru Fearne qal li din l-emenda qed issir biex jitnaqqsu l-ammonti ta’ embrijuni iffriżati.

It-Tabib Miriam Sciberras mil-Life Network Foundation tkellmet dwar x’iħossu t-tfal li jitwieldu minn dawn it-terapiji fejn hu stabbilit minn studji li t-tfal ikollhom problemi ta’ identità meta dawn it-tfal jikbru. Mhux biżżejjed li ta’ 18-il sena dawn it-tfal se jkunu jafu min huma l-ġenituri tagħhom.

Dawn it-tfal jikkunsidraw lid-donatur tal-isperma bħala missierhom. Mhux sew , sostnu dawn in-nies, li l-interess primarju jkun l-interess tal-kbar waqt li l-persuni bla leħen u vulnerabbli ma jinstemgħux. It-tfal għandhom dritt ikunu jafu min huma l-ġenituri tagħhom. Hi rresponsabbiltà li dawn it-tfal jiċċaħħdu mid-dritt li sa fejn hu possibbli, it-tfal għandhom dritt li jitrabbew mill-ġenituri bijoloġiċi tagħhom.

Il-konsulent f’Mater Dei Mark Sant appella biex ma jintilfix il-kunċett ta’ dak li qed isir fil-liġi, li tispeċifika li se tipprova tiffertilizza ħames bajdiet iżda dan ma jfissirx li se jkun hemm ħames embrijuni. Hu appella biex ikun ikkunsidrat dejjem il-pazjent li għalih qed tkun rifomrta l-liġi.

Id-deputat Nazzjonalista Claudio Grech qal li l-kumitat għandu jisma’ lil min jaħdem direttament fuq is-settur għaliex l-interess tat-tfal għandu jingħata prijorità. Hu apella biex il-gvern jippubblika l-istudji li hu għamel fuq din il-liġi li se jkollha impatt soċjali qawwi. Il-gvern għandu jkollu ripensament fuq il-liġi li qed tiddaħħal anki fid-dawl tal-pożizzjoni tal-professuri li qed jesrimu l-opinjoni tagħhom dwar id-donazzjonijiet. Hu appella biex il-gvern jagħti aktra żmien biex isir rapport dwar l-impatt soċjali dwar l-effetti fuq it-tfal li se jitwieldu minn dn il-proċess.

Id-deputat Nazzjonalista Stephen Spiteri qal li din il-liġi se timpatta lis-soċjetà fil-futur fejn il-metodi ġodda se joħolqu sitwazzjonijiet diversi. Għandu jkun hmem limitazjonijiet anki fuq id-donazzjoni ta’ gameti, li għandhom ikunu regolatri b’mod li jiffukaw fuq sitwazzjonijiet partikoalri bei xm ajkunx hemm impatt negattiv fuq is-soċjetà.

Id-deputat Nazzjonalista Robert Cutajar staqsa lill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali jekk hux qed ikun hemm ksur tal-Konvenzjoni tat-Tfal.

Id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne qal li l-gvern kellu diskussjonijiet twal anki mas-settur tal-bioetika. L-akbar tħassib hu marbut mal-età ta’ meta persuna tiskopri li tkun ġejja minn donazzjoni. Il-gvern qed jemenda biex l-anonmità titneħħa fuq wild li ġej minn donazzjoni. Il-Gvern qed jipprepara skemi biex il-ġenituri prospettivi jkunu kunu konxji dwar l-importanza ta’ komunikazzjoni kmieni. Meta dan l-eżerċizzju jsir f’età żgħira, id-diffikultjaiet jistgħu jitnaqqsu.

Victoria Buttitieg, mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali, wieġbet li din il-liġi ma fiha xejn li tikser il-Konvenzjoni tat-Tfal.

Din il-liġi għaddiet mill-istadju ta’ kumitat parlamentari.