Lokali

Li kieku m’hawn ħadd jagħti d-demm jiena mejta

“Kieku m’hawnx nies jagħtu d-demm, jiena mejta.”

Dan kien kliem l-infermiera Janet Micallef f’diskors imqanqal dwar kif irnexxielha ssalva wara li kellha l-lukemia.

Minħabba l-kimo, is-sistema imunitarja titbaxxa u għalhekk il-battalja ma kinitx faċli hekk kif saħansitra kellha tiċċaħħad minn uliedha waqt l-4 xhur tagħha fl-isptar.

Bhallikieku dan ma kienx biżżżejjed għaliha, hija kellha titla’ l-Ingilterra għal trapjant tal-mudullun u filwaqt li rringrazzjat lid-donatur, uriet x-xewqa li din issir f’Malta hekk kif ir-rata ta’ suċċess togħla titjieb b’aktar sostenn pożittiv mill-familjari preżenti.

Din l-esperjenza inqasmet ma’ dawk preżenti f’ċeremonja li fiha l-President ta’ Malta, Marie-Louise Coleiro Preca, ippreżentat tnax-il-rikonoxximent statali lil 7 irġiel u 5 nisa li taw aktar minn mitt għotja tad-demm f’ħajjithom.

Iċ-ċerimonja ttellgħet l-Erbgħa filgħaxija, lejliet il-Jum Internazzjoni tad-Donaturi tad-Demm ġewwa l-Palazz Presidenzjali ta’ Sant’Anton, f’Ħ’Attard.

F’indirizz lin-nies preżenti, il-President ta’ Malta raddet ħajr lil dawn id-donaturi, deskritti minnha bħala eroj ta’ żminijietna, li ddistingwew lilhom nfushom minn oħrajn għall-atti nobbli t’altruiżmu.

Madwar 30 pazjent ikollhom bżonn id-demm kuljum u għalkemm iċ-Ċentru ġieli jkollu l-kriżijiet tiegħu f’inċidenti kbar,  huwa appella lin-nies biex iħajjru lil nies oħra jagħtu, anki jekk wieħed ma jagħtix demm. Huwa rringrazzja lil Coleiro Preca tas-sostenn kontinwu u talli kienet l-ewwel President ta’ Malta fl-istorja li rrikonoxxa li donatur tad-demm qiegħed jagħti servizz.

Iċ-Ċentru Nazzjonali għat-Trasfużjoni tad-Demm għażel it-tema: Kun hemm għal ħaddieħor. Agħti d-demm. Kattar il-ħajja. għall-Jum Internazzjonali tad-Donaturi tad-Demm din is-sena.