Lokali

MARA TA’ ISPIRAZZJONI: Tibqa’ pożittiva minkejja li l-kanċer li għelbet ħadilha ‘l ommha

Antonella illum qed taqsam l-esperjenza tagħha b'talks permezz tal-Caritas

Antonella Rogers hi mara ta’ 37 sena li f’ħajjitha għaddiet minn bosta. F’April li għadda kellha l-aħħar intervent mediku li fih it-tobba neħħewlha għal kollox il-kanċer aggressiv li kellha fuqha. Iżda ftit wara, tilfet lil ommha.

Omma Antonella mietet fl-1 ta’ Ġunju li għadda, ukoll b’kanċer.

Quddiem dan kollu, Antonella tibqa’ pożittiva, kif spjegat hi stess f’intervista mal-programm NET LIVE.

Hi ma tibżax mill-mewt, u temmen ħafna fl-ispiritwalita’.

Bħalissa Antonella għadnha diversi proġetti f’moħħha – trid terġa’ tibda tipprattika l-isport, u dalwaqt se tikteb ktieb.