L-attakkant ta’ Franza Kylian Mbappe serraħ ras il-partitarji Franċiżi hekk kif qal li se jkun f’kundizzjoni tajba biex jilgħab għada kontra l-Awstralja.
Dan wara li f’ritratti ppubblikati fil-midja hu deher mal-art wara daħla goffa ta’ Adil Rami. Mbappe, li s’issa skurja erba’ gowls ma’ Franza se jkun qed jagħmel id-debutt tiegħu fit-Tazza tad-Dinja u hu meqjus bħala wieħed mill-aktar plejers promettenti ta’ dan it-turnament.
Hu diġa’ għandu esperjenza vasta hekk kif żewġ staġuni ilu kien għen lil Monaco jirbħu l-kampjonat Franċiż u sena wara reġa’ għamel l-istess ma’ PSG.
Il-plejer ta’ 19-il sena kellu jieqaf jitħarreġ wara d-daħla ta’ Rami imma f’konferenza tal-aħbarijiet qal li hu żgur se jkun f’sikktu għal logħba valida minn Grupp Ġ.
Hu kompla billi qal li jifhem li f’xi mumenti jaf ikun hemm xi ħadd li jkun aggressiv iżżejjed għax il-plejers huma għatxana u jitħarrġu daqs li kieku qed jilagħbu logħba kompetittiva.
Mbappe żvela li kien fuq parir tal-kowċ Deschamps li ma komplietx bis-sessjoni ta’ taħriġ għax hu xtaq jagħmel dan.
Fl-aħħar logħba qabel it-Tazza tad-Dinja Franza ġiet miżmuma fi draw ta’ 1-1 kontra l-Istati Uniti u kien proprju Mbappe li ġab id-draw.
Minbarra l-Awstralja, Franza se jilagħbu kontra l-Peru u d-Danimarka fil-grupp tagħhom.
//= $special ?>