Lokali Parlament

Settur futuristiku għal pajjiżna


– Kristy Debono, PN

Id-deputat Nazzjonalista Kristy Debono qalet li s-settur tad-Distributed Ledger Techonology (DLTs) li jinkorporaw it-teknologija finanzjarja tal-Blockchain u l-ismart contracts li permezz tagħha tkun qed toffri servizzi ta’ Virtual Currencies, Initial Coin Offerings – l-ICOs u l-Crypto Currencies huma l-futur tal-pajjiż

Fil-parlament id-deputat Nazzjonalista qalet li dan hu settur importanti u futuristiku, li jekk pajjiżna jindokrah b’mod ħolistiku, fl-qafas legali, l-implimentazzjoni tal-proċeduri, l-monetoraġġ mill-Awtoritajiet kompetenti u b’investiment fir-riżors uman, jista’ tassew ikollna oppourntità tad-deheb li permezz tagħha jitkattar il-valur miżjud tant kruċjali u li tant hu mistenni minn dan il-Gvern.

Hi kompliet li fil-Manifest elettorali, Il-PN kien iddikjara jkompli jkun il-katalist għas-settur tas-servizzi finanzjarji u nfasslu qafas regolatorju dinamiku f’oqsma ġodda fjamanti, bħall-blockchain u crowdfunding u nesploraw ukoll, permezz ta’ riċerka, oqsma oħra bħal robotics, biotech, genomics u cyper security.
Kristy Debono qalet li bħala prinċipju aħna nappoġġjaw din il-liġi li tista’ tagħtina dak il-first mover advantage għal pajjiżna kif tawna setturi oħrajn bhal dak tal-gaming b’mod partikolari.

Bla dubju li s-settur tal-blockchains u l-cryptocurrencies huma realtajiet importanti li se jaffetwaw il-ħajja, id-dinja li qed ngħixu fiha llum minn diversi aspetti. Il-core technology, il-blockchain, jekk regolata tajjeb tista’ ġġib magħha tibdil kbir pożittiv, fil-mod kif isir il-kummerċ, fil-manifattura, fil-begħ, fl-infrastruttura u f’titli ta’ propjetà,. Dawn jintużaw biex inaqqsu l-lfrodi f’elezzjonjiet globali u saħansitra diversi studji juru li kapaċi jkun il-fattur li vermanemt jista’ jeradika l-faqar f’pajjiżi tat-tielet dinja.

L-Oppożizzjoni hi kommessa li tħalli dan is-suġġett ‘l bogħod minn kull kontroversja politika, però nisħqu li l-garanziji neċessarji jiġu mplimentati waqt li nassiguraw li nipproteġu dan is-settur innovattiv, sostniet Kristy Debono.

Il-benefiċċji tal-Blockchain, li hija l-pjattaforma diġitali li permezz tagħha tipprovdi servizzi ta’ cryptocurrencies, ta’ initial coin offerings (ICOs), ta’ exchanges u oħrajn, huma massiċi u li sal-lum diffiċli nifhmuhom u aktar u aktar nispjegawhom, minnħabba l-abiltajiet virtwali tagħha.
Diffiċli wieħed jimmaġina kif it-teknoloġija tal-Blockchain tista’ tkun katalista revoluzzjonarja biex teradika jew tnaqqas sostanzjalment il-faqar f’pajjiżi tat-tielet dinja. Dan għaliex din it-teknoloġija speċjalment tal-crypto currencies, tista’ tiffaċilita l-intergrazzjoni ekonomika, qalet id-deputat Nazzjonalista.

Waħda mill-akbar ostakli biex tigi mnaqqasa id-differenza bejn is-sinjur u l-fqir hi l-aċċess għas-sistema bankarja. Skont studju li sar mill-Bank Dinji, hemm madwar żewġ biljuni u nofs adult, li ma jużawx servizzi bankarji, għax ma jaffordjawx. Minn dawn, biljun għandhom mobile phone u madwar 480 miljun għandhom aċċess għall-internet.

Il-Blockchain imżewweġ mat-teknoloġija ċellolari tista’ tkun ta’għajnuna kbira għal dawk li lanqas għandhom kont bankarju, peress li bit-teknoloġija tal-blockchain m’hemmx il-ħtieġa ta’ transazzjonijiet bankarji u spejjeż bankarji. Dan għaliex il-blockchain tneħħi l-intermedjarju u tipprovdi deċentralizzazzjoni.
Kristy Debono qalet li dan ifisser li bil-Blockchain jistgħu jinfetħu sezzjonijiet fl-ekonomija globali li qatt ma kienu attivi qabel, peress li tagħti l-opportunità għal microtransactions, f’realtà fejn bank kummerċjali ma jsarrafx cheque ta’ ftit ewros u ma jiftaħx kont il-bank ta’ ftit Ewro però għal dawn in-nies, ewro wieħed hu dak li jkollhom bżonn.

Il-microtransaction tagħti l-opportunità lil dawk li bħalissa m’għandhomx aċċess bankarju biex jipparteċipaw fil-kummerċ globali. Dan mhuwiex profitabbli għas-sistema bankarja tradizzjonali biex tagħti servizz lill-konsumatur bi treshold baxxa ħafna, però dan hu possibli bil-cryptocurrency.

Id-deputat Nazzjonalista qalet li vantaġġ ieħor marbut ma’ dan l-aspett hu propju l-abbiltà tal-blockchain li żżomm rekord tal-iżgħar tranżazzjoni,u allura tagħti lok biex isir microlending, jiġifieri self ta’ ftit flus. F’każ fejn hemm faqar estrem, l-aċċess għal self ta’ ftit ammonti ta’ flus tista’ tagħmel id-differenza kollha f’ħajjithom.

Il-Blockchain accounting tnaqqas l-ispejjeż tal-amministrazzjoni tas-self drastikament, saħansitra b’madwar 90% jew aktar. Permezz ta’ dan, tiftaħ opportunitajiet għal microlenders biex jamministraw ħafna aktar kontijiet, jiċċarġjaw anqas u jestendu s-servizzi tagħhom lil numru akbar ta’ klijenti. Ovjament kollox regolat kif suppost.
Kristy Debono qalet li l-Microtrading ukoll tiftaħ aopportunitajiet lil dawk il-persuni li jgħixu fil-faqar, speċjalment fis-settur tal-agrikoltura. Dan għaliex permezz tal-blockchain technology, il-bejjiegħa individwali jistgħu ifittxu u jsibu swieq u jinnegozzjaw bi prezz ġust, mingħajr il-markups esaġerati li m’humiex neċessarji u minngħajr l-intermedjarju. Din it-teknoloġija tista’ toħloq revoluzzjoni tal-faqar biex issalva l-miljuni ta’ dollari li jintefqu f’għajnuna internazzjonali.

Dwar is-settur tal-bejgħ, hi qalet li din it-teknoloġija toffri aktar fiduċja u trasparenza lill-klijent u lin-negozjanti peress li permezz tat-teknoloġija kemm il-klijent kif ukoll in-negozzjant jista’ jitrekkja pass pass kull stadju tal-prodott.

Din it-teknoloġija tiżvela l-validità tad-ditta nnifisha. Min-naħa l-oħra, l-Blockchain tgħin biex tiżvela s-serq ta’ prodotti lussużi u l-bejgħ ta’ prodotti misruqa, permezz tat-tracking tas-sid tal-oġġetti.
Il-Blockchain tista’ tmexxi aħjar s-supply chain u l-inventory management tan-negozjanti. Din it-teknoloġija għandha l-abbiltà li timmaniġja records twal ta’ sekwenza ta’ avvenimenti, biex in-negozjant ikun jista’ jżomm rekord tal-prodotti mit-tluq, għat-trasport bil-baħar sakemm jaslu.

Hemm ukoll il-benefiċċji tal-pagamenti u l-ecommerce permezz tal-crypto currencies. L-akbar benefiċċju tal-blockchain u ledger pubbliku hu propju t-trasparenza għax l-ebda transazzjoni ma tista’ tinbidel, titħassar, tiġi kkupjata jew frodata, sostniet Kristy Debono, li kompliet li din hi opportunità għal pajjiżna li b’għaqal u kawtela, tista’ ssarraf f’valur kbir għal pajjiżna waqt li tpoġġina verament bħala leaders f’dan is-settur innovattiv.

Il-parlament se jistabilixxi l-Awtorità li se tkun responsabbli għal dan is-settur; il-Malta Digital Innovation Authority (MDIA). Il-ligi dwar il-Virtual Financial Assets, il-VFA ġiet ippreżentata fi żmien kritiku, fejn hemm numru ta’ virtual financial assets exchanges, li qed juru interess biex jistabilixxu n-negozzju tagħhom jew jirrelokaw in-negozzju tagħhom ġewwa pajjiżna.

Permezz ta’ din il-liġi, se jiġi stabbilit, il-qafas legali għar-regolamentazzjoni tal-VFA Exchanges. Din il-liġi tintroduċi framework legali li huwa robust pero prattiku f’dak li għandu x’jaqsam il-VFA Exchange.
Kristy Debono sostniet li hu importanti ferm li l-MDIA tkun ukoll responsabbli għal ħolqien ta’ policies ġodda u regolamentazzjoni b’saħħitha li tikkumplimenta din l-iskeleton framework. Jidher li l-mira tal-Gvern hu li jattira operaturi kbar tal-cryptocurrencies ġewwa pajjiżna.

L-iżvilupp tal-Fintech li mhux relatat mal-Blockchain mhix inkluż fl-att tal-MDIA. Din jista’ jkun li hija opportunità mitlufabiex tinkoraġixxi innovazzjoni tal-fintech aktar wiesgħa, bħall-iżvilupp ta’ derivates aktar kumplessi.

It-twaqqif tal-Malta Digital Innovation Authority hi kisba leġiżlattiva fir-rivoluzzjoni globali tal-blockchain. Il-fatt li l-ministru se jagħżel ic-chairmen tal-Bord u l-membri tal-bord kollha, jagħti lok għal wisq poter lill-minsitru responsabbli, li f’dan il-każ hu l-Prim Ministru. Ic-Chairman u c-CEO jkunu taħt skrutinju parlamentari, però l-bord għandu jkun ferm aktar rappreżentattiv tal-industrija.Hi appellat li jkun hemm numru ta’ membri li huma rappreżentattivi tal-industrija u li jiġu nominati minnhom stess.

Il-Bord jista’ jistabilixxi wkoll kumitati tal-Bord; dan wara konsultazzjoni mal-ministru. Ma nistax nifhem għalfejn jeħtieġ li jkun hemm l-involviment tal-ministru.

Dwar il-possibiltà li l-Bord jistabilixxi Kumitati Nazzjonali tal-Etika fit-Teknoloġija wara konsultazzjoni mal-Ministru, id-deputat Nazzjonalista qalet li temmen li l-kompożizzjoni ta’ dan il-Bord għandu jiġu determinat b’mod aktar b’saħħtu fl-istess liġi li permezz tagħha tassigura rappreżentazzjoni indipendenti f’dan il-kumitat. Hu neċessarju jintbgħat messaġġ ċar kemm pajjiżna huwa preparat u diligent fil-ġlieda kontra l-ħasil ta’ flus. Il-Bord Konġunt dwar l-Effiċjenza Regolatorja għandu jkollu rappreżentanza eletta mill-practioners u li allura ma jkunx magħżul mill-Gvern.

Dwar il-VFAs, Kristy Debono qalet li anke hawn il-poteri tal-Ministru huma żejda speċjalmentli l-liġi mhix tirreferi għall-ebda kontrolli.L-impenn ta’ pajjizna biex jirregola l-virtual currencies fid-dawl tal-impenn addottat mill-UE, tista’ tippożizzjona lil pajjiżna, verament fuq quddiem fost il-pajjiżi Eworpej.

Huwa nutli li jkollna r-regoli, minngħajr ma jkollna l-workforce addattat biex jimplimenta dawn ir-regoli, inutli li jkollna l-proċeduri minngħajr ma jkollna dak ir-riżors uman li jara li l-proċeduri huma f’posthom. Bl-istess mod, inutli jkollna ħafna teorija fil-liġi jekk ma jkollniex in-nies ideali biex jagħmlu l-moniteraġġ.

Għaldaqstant jeħtieġ li jinħatar team maniġerjali kompetenti bir-riżorsi adekwati skont kif qed jiġi propost fl-abbozz tal-MDIA, li jkollna r-riżors uman li huwa kapaċi mhux biss fl-MDIA, iżda f’kull entita’ kompetenti peress li dawn huma mistennija li jinterekjaw ma’ din l-Awtorità l-ġdida tal-MDIA u jeħtieġ tal-anqas taħriġ minimu dwar blockchain mal-entitajiet kompetenti li se jkunu qegħdin jaħdmu flimkien mal-MDIA, inkluż dipartimenti tat-taxxi.

Jeħtieġ li l-proċeduri tal-compliance u tal-infurzar jiġu segwiti biex naraw li dan is-settur m jattirax investiment li we better do without. Jeħtieġ ukoll li nattiraw it-talent ġewwa pajjizna biex ikollna ħaddiema li għandhom it-talenti u għarfien. Irridu naraw li noffru inizjattivi vantaġġużi għal impjegati barranin, bħal high net worth individuals u inizjattivi oħrajn biex naraw li dak it-talent jiġi mportat ġewwa pajjiżna, sostniet Kristy Debono.