Fl-24 ta’ Ġunju li ġej fil-Qrendi se tiġi nawgurata wirja f’għeluq il-mitt sena mit-twelid tal-eks President tas-Soċjeta’ Filarmonika Lourdes, l-avukat Ġuże` Cassar. Hu kien is-7 President tas-Soċjetà u persuna maħbuba minn bosta.
Cassar jibqa’ mfakkar bħala l-avukat tal-Festi Sekondarji bħalma kien jindirizzah Mons. Arċisqof Mikiel Gonzi. Dan għaliex kien propju hu li kien imur jissielet fis-snin sittin u sebgħin sabiex il-festi sekondarji jiġu ċċelebrati bi sħiħ kif jixraq, minghajr ebda distinzjoni – fosthom bl-armar tar-raħal kollu.
Ġużè Cassar laħaq President tas-Soċjetà fl-1942 u baqa’ jokkupa l-kariga sa mewtu fis-27 ta’ Novembru 2001. F’60 sena bħala President tal-Ewwel Banda u l-Ewwel Soċjetà Qrendija, Cassar ħadem, stinka, u bl-ikbar diplomazija kiseb l-akbar kisbiet fl-agħar żminijiet ghall-festi sekondarji.
Din il-wirja se tiġi inawgurata nhar il-Ħadd 24 ta Ġunju fit-8pm u terġa’ tkun miftuħa għall-publiku nhar l-Ergħba 27 ta Ġunju mill-5pm ‘il quddiem
Il-festa ta’ Lourdes fil-Qrendi din is-sena li ser tiġi ċċelebrata minn nhar it-Tnejn 25 ta’ Ġunju sal-Ħadd 1 ta’ Lulju.
//= $special ?>