Futbol Sport

TRASFERIMENTI LOKALI: Birkirkara jakkwistaw ir-raba’ plejer barrani

L-akkwist il-ġdid ta’ Birkirkara, Arian Mrsulja (fin-nofs)

Birkirkara ħabbru li akkwistaw ir-raba’ plejer barrani tagħhom f’dan il-perjodu tas-suq ta’ trasferimenti. Dna hu d-difensur Kroat ta’ 20 sena Arian Mrsulja.

Hu ffirma kuntratt ta’ sena, wara li fl-aħħar sentejn lagħab fis-Serie D ma’ ASD Mezzolara fejn fl-istaġun li għadda lagħab 20 logħba.

Dan hu r-raba’ plejer barrani li akkwistaw il-Karkariżi wara l-akkwisti ta’ Uchenna Umeh, Marcelo De Siqueira u Eduardo Dos Santos.

Kristijan Naumovski u Mislav Andelkovic huma ż-żewġ barranin l-oħra ta’ B’Kara li ġew konfermati dan l-aħħar.