Passiġġieri li illum kienu se jaqbdu t-titjira KM613 lejn Malta ingħataw ittra li fiha ġew infurmati illi l-ajruplan li se jużaw mhuwiex Air Malta…imma hu ajruplan antik li għandu 26 sena. Fil-fatt, għat-titjira minn Ruma, l-Air Malta użat l-ajruplan Bulgaru operat minn BH Air.
Net News kiseb kopja ta’ din l-ittra (ritratt) b’nies li tkellmu magħna qalulna li tawhom il-possibilta’ li jinżlu mal-Alitalia f’titjira skedata wara nofsinhar. Possibilta’ li diversi passiġġieri iddeskrivuha bħala redikola. “Irridu s-servizz tal-Air Malta għax għal dak ħallasna”, qalilna turist li kien se jaqbad l-ajruplan lejn Malta.
It-titjira KM613 minn Ruma mistennija tasal fil-11:30am.
//= $special ?>