Quddiem il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit, kompliet il-kumpilazzjoni fil-każ tal-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.
Il-Qorti ħatret espert biex imexxi l-proċess tal-ġbir tad-data minn SD Card li fiha filmati minn taħt il-baħar fiż-żona tat-tinda tal-patata fejn saru l-arresti tal-eżekuturi tal-ġurnalista.
Dan wara talba mid-difiża biex din tintbagħat barra minn pajjiżna biex ikun determinat jekk tistax tinġibed data mill-SD card, li kienet saritilha xi ħsara. Il-prosekuzzjoni m’oġġezzjonatx.
Id-difiża tal-akkużati lmentat minn sors qrib l-investigazzjoni li qed jgħaddi informazzjoni lill-midja, bil-Maġistrat li ddikjarat li hi mhix tmexxi inkjesta fuq il-midja.
Kien hemm ukoll xeni emozzjonanti meta waħda mix-xhieda nfaqgħet tibki hi u tirrakkonta l-mument li rat l-isplużjoni.
Sadattant it-talba għal-libertà proviżorja tal-akkużati se tittieħed fl-4 ta’ Lulju hekk kif il-Qorti għad m’għandiex kopja tar-risposta tal-Avukat Ġenerali dwar dan.
//= $special ?>