Il-Kamra tal-Kummerċ, l-Intrapriża u l-Industrija temmen li f’pajjiżna jeħtieġ pjan ċar biex tiżdied il-produttivita’, ikollna żvilupp ekonomiku sostenibbli, u ħaddiema b’ħiliet differenti.
Dan intqal f’laqgħa li saret mal-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia illi matulha l-Kamra tal-Kummerċ preżentat ir-rapport intitolat ‘The Labour Market in 2018 and Beyond – Demographics and Trends Characterising Malta’s Labour Market and Workable Proposals To Alleviate Labour Gap Pressures’.
Id-delegazzjoni tal-PN kienet immexxija mill-Kap tal-PN Adrian Delia, akkumpanjat mis-Segretarju Ġenerali Clyde Puli u d-deputati Kristy Debono u Mario de Marco.
Min-naħa tal-Kamra tal-Kummerċ kien hemm preżenti il-President Frank V Farrugia, Charles Zahra, Patrick Cachia, Matthew Sullivan, Kevin J. Borg, Andre Fenech u Nigel Mifsud.
//= $special ?>