Aktar problemi għall-Air Malta kmieni dalgħodu hekk kif il-passiġġieri li kienu ġejjin minn Southend lejn Malta spiċċaw bit-titjira kanċellata. Huma ġew infurmati fl-aħħar minuti, u qalulhom li kellhom jiġu trasferiti lejn ajruport ieħor.
L-Air Malta ma ħarġet l-ebda stqarrija dwar dan.
Ir-rotta minn Malta lejn Southend fl-Ingilterra kienet waħda minn dawk li ħoloq Konrad Mizzi fl-aħħar xhur, u li tant ftaħar bihom.
Ironikament, illum żdied ajruplan ieħor mal-flotta tal-Air Malta li hu Airbus A320neo li kapaċi jġorr 180 persuna. Dan fl-ambitu ta’ sitwazzjoni fejn jum wara l-ieħor l-Air Malta qed ikollha tikri ajruplani second hand u antiki.
Intant, il-ġurnal Times of Malta illum qed jirrapporta li l-Air Malta qabbdet aġenzija tar-reklutaġġ Ċiniża sabiex jiġu ingaġġati bdoti u kaptana mal-linja nazzjonali Maltija. Iċ-Ċiniżi qed jirreklamaw dawn il-jobs mal-Air Malta bħala imjiegi temporanji, b’paga ta’ €10,000 fix-xahar u akkomodazzjoni bla ħlas.
//= $special ?>