Lokali

Id-Dwana jwaqqfu xorb impurtat illegalment

Fizzjali mit-Taqsima tal-Infurzar tad-Dwana, li kienu xogħol il-bieraħ, waqfu vann, b’reġistrazzjoni Taljana, li kien qed jipprova jdaħħal f’Malta kwantita ta’ kaxxi b’inbejjed, kif ukoll birra, li lkoll ma ġewx iddikjarati lid-Dwana u għaldaqstant kienu se jiddaħħlu f’Malta bil-kuntrabandu.

Il-vann kien għadhu kif wasal Malta minn Pozzallo fi Sqallija.

Mit-tfittxija li saret irriżulta li sid il-vann kien qed iġorr 660 flixkun inbid u 156 birra.

Ix-xorb kollu ġie kkonfiskat mid-Dipartiment tad-Dwana filwaqt li s-sid ġie mmultat €862.