Il-Pulizija għadha qed tinvestiga s-sejba ta’ katavru ta’ raġel, li seħħet ilbieraħ filgħodu fix-Xlendi.
Il-katavru misjub fi Triq iż-Żirżieb hu ta’ anzjan ta’ 75 sena mill-Munxar, li hu maħsub li miet mewta naturali.
Rapporti fil-media lokali qalu li l-katavru nstab għall-ħabta tal-11am u kien fi stat qawwi ta’ dekompożizzjoni.
Dwar din is-sejba, infetħet ukoll Inkjesta Maġisterjali.
//= $special ?>