Ambjent Lokali

Jitwaqqaf grupp bil-għan li jitħares l-ambjent f’Ħ’Attard

F’Ħ’Attard ġie imwaqqaf grupp bl-isem ‘Attard Residents Environmental Network’ li hu grupp ta’ residenti li lesti jaħdmu flimkien biex iħarsu l-ambjent tal-lokal tagħhom.

Fi stqarrija, in-Network fakkar illi r-residenti għandhom għal qalbhom l-ambjent u n-natura. U għalhekk inhass il-bzonn li diversi residenti jinghaqdu sabiex tigi ssalvagwardjata l-ftit natura li baqa’ ġewwa l-lokalita sabiħa ta’ Ħ’Attard.

“Matul is-snin l-izvilupp qered diversi zoni gewwa l-istess lokalita’ li kienu jservu bhala pulmun ghar-residenti Saraceni. Issa jmiss li jintmessu diversi ghelieqi, rziezet u spazji ohra fil-berah sabiex tinghata priorita’ għal triq li għada pitgħada se toffri tniġġis u tkun il-kawza ta diversi mard rispiratorju ghal familji inkluz it-tfal li joqgħodu fil-konfini ta’ l-istess progett maghruf bhala c-‘Central Link Project’.”

Għalhekk ġie ffurmat dan il-grupp ta’ residenti bl-isem ta’ ‘Attard Residents Environmental Network’ li ghandhom għan wieħed – li jiġi salvat il-ftit ambjent li baqa u li qieghed taht theddida iminenti.

L-istqarrija tappella lil-Gvern sabiex b’responsabilita’ jhares u jassigura li l-ambjent ma jiġix distrutt b’rata daqshekk mgħaġġla u dan sabiex il-wirt naturali li qed ingawdu llum il-ġurnata ngħadduh lill-ġenerazzjonijiet ta’ warajna.

Il-pubbliku jista’ jżur il-paġna ta’ facebook ta’ ‘Attard Residents Environmental Network’ fuq: www.facebook.com/attardresidents/?ref=bookmarks