Konfermata s-sentenza ta’ Allan Galea li f’Diċembru tal-2015 kien instab ħati ta’ qtil volontarju ta’ Anthony Borg magħruf bħala “il-Bona”.
Galea kien ingħata 6 snin priġunerija mill-Imħallef Antonio Mizzi, hekk kif il-ġurati kienu ħarġu bil-verdett tagħhom wara madwar sitt sigħat ta’ deliberazzjoni.
Ilbieraħ, il-Qorti tal-Appell Kriminali ġabet fi tmiemhom il-proċeduri dwar l-omicidju tal-Bona.
Din is-sentenza ċaħdet l-appell magħmul mill-Avukat Ġenerali mis-sentenza fejn Allan Galea ġie misjub li aġixxa biex jiddefendi lilu nnifsu iżda eċċeda il-limiti. L-Avukat Generali appella minn din is- sentenza għaliex sostna li kien hemm irregolarita fil-proceduri.
Skont l-Avukat Ġenerali din l-irregolarita’ kienet tikkonsisti fil-fatt li l-Imhallef li ppresedja il- ġuri, fl-indiriz tiegħu, stieden lill-ġurati sabiex jikkonkludu li Allan Galea agixxa biex jiddefendi lilu nnifsu.
Il-Qorti tal-Appell Kriminali stqarret li eżami tal-fatti kollha juru li ma kien hemm ebda irregolarita u ghalhekk l-appell tal-Avugat Ġenerali gie miċħud u l-verdett tal-ġurati kkonfermat.
Għal Allan Galea deher l-avukat Joe Giglio.
Il-Bona kien inqatel f’Marsaxlokk fl-2010.
//= $special ?>