Ambjent Lokali

L-ewwel rekords li juru Daqquqa tat-Toppu tbejjed f’Malta

Jidher li l-passa tad-Daqquqa din is-sena damet aktar

Għall-ewwel darba kemm ilhom jinġabru r-rekords, żewġ koppji tat-tip Daqquqa tat-Toppu (Hoopoes) welldu sitt għasafar f’pajjiżna. Dan intqal fi stqarrija maħruġa mill-għaqda Kaċċaturi San Ubertu, bl-istess għaqda tippubblika sett ta’ ritratti.

Il-koppji welldu f’Għawdex kif ukoll f’zona fin-naħa t’isfel ta’ Malta.

Dawn it-tip ta’ għasafar issoltu jpassu lejn Malta bejn Frar u April. Iżda jidher illi din is-sena, għalkemm ġew innutati numri inqas, id-Daqquq li waqaf f’pajjiżna tul ir-Rebbiegħa dam għal perijodu itwal.

Id-Daqquqa hi għasfur sabiħ ħafna, ta’ lewn oranġjo, li jtir qisu farfett. Ħafna drabi itir fil-baxx fil-livell tal-ħamrija u l-ħaxix.

????????????????????????????????????