Ekonomija Kummerċ Lokali

In-nies qed iħallsu prezzijiet ogħla – NSO

F'sena kien hemm żieda fil-prezz tal-ikel u xarbiet mhux alkoħoliċi

F’temp ta’ xahar il-Maltin esperjenzaw żieda oħra fl-għoli tal-ħajja. Dan hekk kif, fl-Indiċi tal-Prezzijiet rajna żieda minn 1.4 fil-mija (April 2018) għal 1.7 fil-mija (Mejju 2018).

Ċifri tal-NSO juru biċ-ċar li l-akkomodazzjoni fil-lukandi huwa fost il-fattur ewlieni li qed iwasslu għaż-żieda fl-għoli tal-ħajja.

Meta wieħed iħares lejn l-istatistika għall-aħħar 12-il xahar mal-ewwel jinnota li kien hemm żieda fil-prezz tal-ikel u xarbiet mhux alkoħoliċi, żieda fil-fuels u l-kirjiet, żieda fl-għamara u l-appliances, u anke żieda fil-prezzijiet tar-ristoranti u l-lukandi.

Fil-fatt, l-NSO juri li l-akbar kontributur għall-inflazzjoni hu l-prezz tal-lukandi u r-ristoranti, u anke l-prezz tal-prodotti tal-ikel li nixtru mill-hwienet u s-supermarkets.

Skont id-data uffiċjali (grafika fuq) it-tendenza li jiżdiedu l-prezzijiet ilha għaddejja għal aktar minn sena u nofs, b’detriment għal diversi anzjani u familji li ma jistgħux ilaħħqu sal-aħħar tax-xahar.

Jiżdied b’13ċ il-prezz tad-Diesel Advance