Gowl lejn it-tmiem tad-difensur Jose Gimenez kien biżżejjed biex l-Urugwaj tiftaħ l-impenji tagħha fi Grupp A b’rebħa ta’ 1-0 fuq l-Eġittu. Rebħa meritata għat-tim ta’ Oscar Tabarez li minkejja li l-partita ma kinitx spettakolari, kien l-aktar tim li ħoloq periklu speċjalment fl-aħħar kwarta.
Luis Suarez seta’ fetaħ l-iskor fit-73 minuta, iżda baqa’ dieħel fil-kaxxa ż-żgħira u l-gowlkiper Mohamed El Shenawi ħataf il-ballun. L-istess gowlkiper ċaħħad lil Edinson Cavani b’xutt mill-ewwel fit-83 minuta, iżda ma seta’ jagħmel xejn fid-89 minuta. Kien free-kick mil-lemin fil-kaxxa, bid-difensur Jose Gimenez jogħla tajjeb u b’daqqa ta’ ras għar-rokna għeleb lil El Shenawi.
//= $special ?>