Lokali

Raġel ta’ 63 jaqla’ daqqiet ta’ oġġett iebes f’argument

Raġel ta’ 63 sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara li qala’ daqqiet ta’ oġġett iebes waqt argument f’Birkirkara.

L-argument seħħ għall-ħabta tal-11.30 ta’ filgħodu, u fih kien involut raġel ieħor ta’ 44 sena minn San Pawl il-Baħar.

Fuq il-post marru l-Pulizija kif ukoll ambulanza li ħadet lir-raġel ta’ 63 sena l-isptar Mater Dei minħabba l-ġrieħi li ġarrab.

L-inċident seħħ fi Triq il-Kbira, f’Birkirkara, ftit sigħat wara li seħħ argument ieħor fl-istess lokalità, li wkoll ħalla raġel ferut.

FILMAT: Raġel arrestat u ieħor l-isptar wara ġlieda f’Birkirkara