Lokali

RITRATTI: Teħlisha ħafif wara li tinqaleb bil-karozza

Ritratt: Martin Agius

Sewwieqa ħelsitha ħafif wara li nqalbet bil-karozza.

L-inċident seħħ fi Triq Burmarrad, u l-Pulizija ġew infurmati għall-ħabta tas-sitta u għoxrin ta’ filgħaxija.

Għalkemm is-sewwieqa ttieħdet l-isptar Mater Dei għall-kura, jidher li ma ġarrbitx ġrieħi serji – tant li NET News hu nfurmat li ħarġet weħidha mill-karozza.

Fuq il-post xorta waħda marru membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili biex jagħtu l-assistenza.