Lokali

AĠĠORNATA: Jinsterqu €200 minn ħanut f’Santa Luċija

Persuna li l-identità tagħha għadha mhix magħrufa serqet €200 minn ħanut tal-merċa f’Santa Luċija.

Il-każ seħħ għal ħabta tas-2:30 ta’ wara nofsinhar hekk kif il-ħalliel daħal b’wiċċu mgħammad u armat b’sikkina. Hu talab lill-kaxxiera biex jagħtuh il-flus.

Jidher li minn dan il-każ ħadd ma weġġa’ iżda ssejħet l-ambulanza biex tassisti liż-żewġ impjegati għax-xokk li sofrew.

S’issa il-pulizija għadha ma arrestat lil ħadd.