Lokali

Arrestat ftit wara li seraq żewġ ħwienet; sid ta’ ħanut l-isptar

Żewġ persuni spiċċaw fil-mira ta’ żewġ serqiet li seħħew minn żewġ ħwienet fl-Imsida.

L-ewwel serqa seħħet għall-ħabta tal-11.30 ta’ filgħodu fi Triq l-Isqof F.S Caruana, meta raġel ta’ 28 sena minn Tas-Sliema daħal biex jisraq. Minn dan il-ħanut hu ma rnexxielu jisraq flus mill-cash register iżda seraq xi oġġetti żgħar oħra.

Il-kaxxiera ħarġet barra l-ħanut u talbet l-għajnuna tal-Pulizija tad-Distrett li kienu qed jagħmlu ronda fi Triq Victor Denaro, wara li l-ħalliel ħarab mill-post.

Waqt li l-Pulizija bdew bi tfittxija għar-raġel, huma nnutaw li f’ħanut ieħor, sid il-ħanut kellu xi ġrieħi. Dan ġie aggredit mill-istess aggressur. Is-sid tal-ħanut ta’ 54 sena mis-Siġġiewi ttieħed l-isptar Mater Dei għal iktar kura.

Il-Pulizija qabdet lill-agressur viċin ħanut ieħor u qed jinżam mill-Pulizija biex jassisti fl-investigazzjonijiet li għadhom għaddejjin.