Lokali

FILMAT: 3 persuni jittieħdu l-isptar wara ħabta bejn 3 karozzi l-Għadira

F’inċident li seħħ fis-6:30pm, vann spiċċa fil-karreġġjata opposta u daħal f’żewġ karozzi, waħda minnhom kienet ipparkjata.

L-inċident seħħ fi Triq il-Marfa l-Għadira fejn fuq il-post issejħu l-pulizija u xi ambulanzi biex jassistu lis-sewwieqa u l-passiġġieri.

Is-sewwieqa taż-żewġ karozzi kienu mara ta’ 34 sena mill-Gżira li kienet qed issuq vann tat-tip Nissan nv200 u tfajla mill-Fgura ta’ 24 sena li kienet qed issuq karozza tat-tip Mazda Demio. Ma’ din tal-aħħar kien hemm żewġ passiġġiera, mara ta’ 42 sena u tifla ta’ 9 snin.

Is-sewwieqa tal-Mazda Demio u ż-żewġ passiġġieri ttieħdu l-isptar Mater Dei. Il-kundizzjoni tagħhom għadha mhix magħrufa.

Fil-karozza ipparkjata ma kien hemm ħadd fiha x’ħin sar l-inċident.