Lokali

FILMAT: Ħerba fil-bypass tal-Imrieħel; Tat-trakk baqa’ sejjer

Għal metri sħaħ, trakk tal-kostruzzjoni waqagħlu ġebel għal nofs il-Bypass tal-imrieħel, direzzjoni lejn Ħal Qormi.

Il-ġebel ta’ kull daqs tħalla hemm, fejn għal tul ta’ ħin kien qed jikkawża periklu kbir għal dawk is-sewwieqa li kienu għaddejjin minn din it-triq. Dan hekk kif numru kbir ta’ karozzi bdew jipprovaw jevitaw il-ġebel bil-konsegwenza li bdew inaqqsu l-veloċità f’daqqa.

Fortunatament, jidher li ma sar l-ebda aċċident relatat ma’ dan il-każ.

Għal xi ħin inħoloq it-traffiku hekk kif ingħaqlet karreġjata minnhom minħabba ġebel kbir li kien hemm.

Fil-post intbagħat pulizija li beda jidderieġi t-traffiku. Intalbet ukoll l-għajnuna ta’ kuntrattur, fejn il-ħaddiema bdew ineħħu l-ġebel minn nofs it-triq biex jitneħħa kull periklu possibili.