Lokali

FILMAT: Tork jaqla’ xebgħa f’Paceville u jitħalla mixħut mal-art

Tork weġġa’ gravi wara li qala xebgħa f’Paceville. L-argument li matulu ndarab dan ir-raġel seħħ għall-ħabta tal-4.30 ta’ filgħodu fi Triq San Ġorġ, Paceville.

Malli l-Pulizija ġew infurmati huma marru mill-ewwel fuq il-post fejn raw lir-raġel mixħut mal-art.

Jirriżulta li r-raġel, li għandu 23 sena, aktarx kien involut f’argument ma’ xi persuni oħra.

Minn fuq il-post, ir-raġel ittieħed l-isptar Mater Dei għall-kura fejn kien iċċertifikat li weġġa’ gravi.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Charmaine Galea li bdiet inkjesta bl-assistenza ta’ diversi esperti biex jassistuha.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.