Lokali

FL-AĦĦAR ĦIN: Inċident tat-traffiku f’Burmarrad

Għall-ħabta tat-3pm sar inċident tat-traffiku bejn żewġ vetturi fi Triq Burmarrad, Burmarrad.

Waħda mill-karozzi nvoluti kellha ħsarat konsiderevoli. Fortunatament jidher li ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.

Fil-post waslu l-pulizija u ntbagħtu tal-protezzjoni ċivili u ambulanza biex jassistu lis-sewwieqa.

It-triq ingħalqet għal xi ħin konsegwenza ta’ dan l-inċident.