Spanja aċċettat l-offerta ta’ Franza biex tieħu wħud minn fost is-630 immigrant li jiem ilu kienu salvati mill-bastiment Aquarius fl-ibħra barra l-Libja.
L-immigranti spiċċaw fiċ-ċentru ta’ polemika wara li ma tħallewx jidħlu l-Italja u issa l-Viċi Prim Ministru ta’ Spanja Carmen Calvo qalet li l-Gvern Franċiż għandu jaħdem flimkien ma’ Spanja biex jieħdu ħsieb dawn l-immigranti.
L-immigranti fuq l-Aquarius għandhom jaslu għada fil-port ta’ Valencia, fi Spanja. Intant, il-Gvern Spanjol qal li dawk l-immigranti fuq il-bastiment li jixtiequ jmorru fi Franza se jingħataw il-permess biex jagħmlu dan.
L-aħħar żviluppi seħħew wara tilwima diplomatika bejn l-Italja u Franza rigward id-destinazzjoni eventwali tal-Aquarius, li fiha l-President Franċiż, Emmanuel Macron, akkuża lill-Italja dwar aġir irresponsabbli.
//= $special ?>

