Granit Xhaka ġedded il-kuntratt tiegħu ma’ Arsenal.
Il-plejer mill-Iżvizzera, li bħalissa qiegħed fir-Russja għat-Tazza tad-Dinja kien wieħed mill-aktar pedini importanti tat-tim fl-istaġun li għadda hekk kif lagħab il-partiti kollha fil-kampjonat.
Xhaka kien ingħaqad ma’ Arsenal f’Mejju tal-2016 mingħand Borussia Monchengladbach u fl-ewwel staġun tiegħu mal-Gunners kien rebaħ l-FA Cup.
//= $special ?>