L-Iskozja tinsab ixxukkjata wara li l-Iskola tal-Arti rinomata ta’ Glasgow mill-ġdid inħakmet min-nirien kbar matul il-lejl li għadda.
L-inċident fil-Mackintosh building fakkar fil-każ, erba’ snin ilu, meta nar ieħor qered parti kbira tal-istess bini, bil-fjammi, din id-darba, jinfirxu mill-iskola għal bini oħrajn li jinkludu l-Campus nightclub u ċ-ċentru O2 ABC fejn isiru l-avvenimenti mużikali.
Dawn il-bini, l-istess bħall-iskola, ġarrbu l-ħsarat sinifikanti, meta hu probabbli li sfuma fix-xejn ix-xogħol kollu ta’ restawr li kien twettaq fil-Mackintosh Building wara n-nirien tal-2014.
//= $special ?>

