KROAZJA……………..2
NIĠERJA……………….0
Il-Kroazja kisbu rebħa ta’ 2-0 kontra n-Niġerja biex jinsabu fil-quċċata ta’ Grupp D wara li ftit sigħat qabel l-Arġentina u l-Iżlanda ġew draw 1-1.
Il-wirja tal-Kroati ma kinitx daqstant spettakolari imma sabu avversarji li qatt ma kienu perikolużi u li bla dubju jridu jitjiebu fil-logħob tagħhom jekk beħsiebhom jibqgħu jilagħbu f’dan it-turnament.
Din kienet it-tieni darba li l-Kroazja lagħbu kontra avversarji Afrikani fit-Tazza tad-Dinja. Qabel ir-rebħa talbieraħ il-Kroati kienu ilhom ma jirbħu għal tliet edizzjonijiet tat-Tazza tad-Dinja.
Din ir-rebħa bla dubju hi waħda ferm prezzjuża għall-Kroazja li qed jitqiesu li qegħdin fil-Grupp tal-‘mewt’ ta’ din l-edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja.
Il-logħba kienet waħda medjokri u fil-fatt, l-ewwel xutt tal-logħba wasal fid-59 minuta minn Igalo.
Il-Kroati marru fil-vantaġġ meta fit-32 minuta Mandzukic ra d-daqqa ta’ ras tiegħu tiġi mxellfa minn Etebo qabel ma l-ballun spiċċa fix-xibka. Il-plejer li għamel l-awto-gowl ironikament kien l-aħjar plejer fit-tim Niġerjan.
Mandzukic reġa’ kien strumentali meta fis-70 minuta twaqqa’ minn Troost-Ekong fil-kaxxa u r-referee ordna penalty. Mill-11-il metru MORDIC ta’ Real Madrid ma żbaljax biex għamel l-iskor 2-0. Għal Modric dan kien l-ewwel gowl li hu skurja fit-Tazza tad-Dinja.
Fatt interessanti hu li fl-erba’ partiti ta’ llum ingħata tal-anqas penalty f’kull logħba u tnejn minnhom ġew falluti. F’ġurnata ngħataw ħames penalties, wieħed inqas mir-rekord f’ġurnata tat-Tazza tad-Dinja.
Minn hawn ‘il quddiem il-Kroati kkontrollaw kif riedu biex ħadu t-tliet punti.
In-Niġerja huma t-tim bl-iżgħar skwadra f’din l-edizzjoni u dan il-fatt kien evidenti fil-partita għax ladrba dawn marru minn taħt ma deher li kien hemm l-ebda plejer minn tagħhom li kien kapaċi jmexxi lit-tim għal rimonta, jew tal-anqas xi forma ta’ reazzjoni.
Issa l-Kroazja jmisshom jilagħbu kontra l-rġentina fil-21 ta’ Ġunju filwaqt li jum wara n-Niġerja jilagħbu kontra l-Iżlanda.
//= $special ?>