Lokali Parlament

“Tgħidux ħmerijiet!” – Ministri Laburisti jinterrompu d-diskussjoni Parlamentari

Helena Dalli u Chris Fearne jinterrompu lill-professjonisti li tkellmu dwar l-IVF

Il-Kumitat għall-Kunsiderazzjoni tal-Abbozzi ta’ Liġi, li din il-ġimgħa kien qed jiddiskuti l-emendi għal-Liġi tal-Protezjoni tal-Embrijuni, din il-ġimgħa spiċċa inbidel f’laqgħa ta’ storbju u għajjat wara li l-Ministri Laburisti kontinwament bdew jipprovaw jimblukkaw id-diskussjoni.

Fil-laqgħa Parlamentari tkellmu diversi esperti, fosthom il-Psikoterapista Eleanor Borg, il-President tal-Kunsill Nazzjonali tan-Nisa Grace Attard u t-tabib Michael Axiak li għandu dottorat fil-bioetika.

Waqt li huma kienu qed jagħmlu l-argumenti tagħhom dwar l-effetti tal-iffriżar fuq in-nisa, l-effetti fuq it-tfal u l-aspetti mediċi, kienet evidenti li l-membri tal-Gvern Laburista ma ħadux gost bil-preżentazzjonijiet professjonali li bdew isiru.

F’mument minnhom, id-deputat Prim Ministru Chris Fearne instema’ jlissen il-kliem “tgħidux ħmerijiet” b’referenza għal dak li bdiet tgħid il-President tal-Kunsill tan-Nisa.