Mara kienet arrestata wara li daħlet f’supermarket tgħajjat ‘Allah hu Akbar’ u xxejjer sikkina lejn in-nies.
L-inċident seħħ f’supermarket f’La Seyne-sur-Mer qrib Toulon u żewġ persuni ndarbu. Il-mara li wettqet l-attakk ukoll indarbet mill-impjegati tas-supermarket qabel ma kienet arrestata mill-Pulizija.
L-identità tal-mara qed tinżamm mistura ħlief li din hi mwielda fl-1994 u qatt ma qanqlet suspetti mill-forzi tas-sigurtà Franċiżi dwar xi rabtiet terroristiċi.
Attakk b’sikkina f’supermarket f’Franza


