Lokali

FILMAT: 3 persuni l-isptar wara inċident tat-traffiku; wieħed bi ġrieħi gravi

Tliet persuni jittieħdu l-isptar Mater Dei wara inċident tat-traffiku kmieni dalgħodu.

L-inċident sar għall-ħabta tal-4:50 ta’ filgħodu fi Triq Buqana, limiti tar-Rabat hekk kif sar impatt bejn Landrover misjuq minn raġel ta’ 29 sena minn San Pawl il-Baħar u karozza tat-tip Ford Fiesta misjuqa minn ġuvni ta’ 19-il sena mill-Mellieħa. Ma’ dan tal-aħħar kien hemm passiġġier ta’ 18-il sena li sofra ġrieħi gravi.

Minn naħa l-oħra, is-sewwieqa ttieħdu l-isptar Mater Dei u ġew iċċertifikati li qed isofru minn ġrieħi ħfief.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ritratti: PBS/Maltese Roads Traffic Updates