Hekk kif f’Jum il-Missier, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia tkellem fuq Radio 101, bi tbissima fuq wiċċu tkellem dwar uliedu fost l-isfidi kontinwi fil-ħajja tagħhom.
Isostni li għalkemm xi kultant il-ħajja maġgħla tagħna ma tħallinix inqassmu biżżejjed ħin għal mal-familja, huwa importanti li napprezzaw dawk qrib tagħna. Qal li “hija diffiċli biex iżżom il-bilanċ, diffiċli biex tagħmel u taqdi l-funzjoni ta’ missier, u il-ħin huwa l-ikbar għadu tiegħi.”
Qal li għalkemm il-ħajja pubblika qed tnaqqaslu l-ħin minn mal-familja, kontinwament jipprova jkun il-missier ideali. Iżda bla dubju ta’ xejn, missier ma jkunx missier sempliċiment f’din il-ġurnata.
Delia żied jgħid li “din tal father’s day, mother’s day, huma ġranet simboliċi, u bħala missirijiet u ommijiet m’aħnix ġurnata biss.”
Min-naħa l-oħra, ma jistax jonqos li sellem “lil dawk il-missirijiet kollha li ħallewna u taw servizz lill-familji tagħhom u lil pajjiżna, u għalhekk f’din il-ġurnata rridu niftakru fihom ukoll.”
//= $special ?>