Tifla’ ta’ 4 snin qed issofri minn ġrieħi gravi wara li ċediet l-art tal-kamra li kienet fiha f’residenza f’Tas-Sliema.
L-inċident seħħ is-Sibt fi Triq San Vinċenz u minnufih fuq il-post issejħu l-Pulizija li marru fil-post indikat lilhom. Minn stħarriġ preliminari rriżulta li kienet ċediet l-art ta’ kamra ġewwa residenza.
Fuq il-post marret ukoll ambulanza li ħadet lit-tifla l-isptar fejn hemmek kienet ċertifikata li qed issofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
Il-Pulizija qalet li għadha qed tinvestiga dan l-inċident.
//= $special ?>
