Futbol Sport TAZZA TAD-DINJA 2018

Kolarov jagħti rebħa importanti lis-Serbja

Il-plejers tas-Serbja jiċċelebraw il-gowl (Ritratt: EPA)

Is-Serbja kisbet rebħa importanti fil-partita tal-ftuħ meta għelbet lil Costa Rica 1-0 fl-ewwel logħba ta’ Grupp E. Il-gowl deċiżiv ġie skorjat fis-57 minuta bi free-kick mill-isbaħ ta’ Aleksandar Kolarov.

Dan il-gowl kien diġà t-tielet free-kick dirett skorjat f’din it-Tazza tad-Dinja. Wara dan il-gowl, is-Serbja kkontrollaw tajjeb lill-avversarji, bil-Costa Rica tonqos li tkun perikoluża biżżejjed quddiem il-lasta Serba.