– Carm Mifsud Bonnici, PN
Id-deputat Nazzjonalista Carm mifsud Bonnici insista li d-dritt sagrostant tal-preżunzjoni tal-innoċenza ta’ kull supsettat u akkużat għandu jkun imsaħħaħ u m’għandux ikun aċċettat li tibqa’ ssir ħsara lil persuni li jkunu arrestati jew akkużati billi isimhom jiċċappas ma’ kullimkien daqs li kieku kienu ħatja.
Fid-dibattitu parlamentari li jemenda l-Kodiċi Kriminali u l-Att dwar id-Dipendenza fuq id-Droga (Trattament Mhux Priġunerija) Carm Mifsud Bonnici qal li d-deċiżjoni politika f’dan il-kuntest waslet f’sitwazzjoni importanti. Waħda mill-problemi li hemm fl-UE hi li ċ-ċittadini jsibu proċeduri ġudizzjarji differenti fid-diversi pajjiżi. Malta għandha sistema akkużatorja fejn irid ikun l-Istat li jressaq l-akkużi. Issa l-UE qed timxi lejn sistema waħda.
Dan hu pass importani ħafna. Il-preżenzjoni tal-innoċenza u diversi drittijiet oħra fosthom dik li l-akkużati ma jitressqux il-qorti mmanettjati u d-dritt tal-silenzju, ilhom stabbili żmien twil. Dawn id-drittijiet ilhom fil-kostituzzjoni Maltija qabel issieħbet fil-Kunsill tal-Ewropa u fl-UE. Kunċetti ieħor li se jidħol hu li ma jkunx hemm persuni ta’ awtorità li jitkellmu fuq l-akkużati bħala persuna ħatja. Malta diġà imxiet f’dan ir-rigward. Issa qed jiddaħħal ukoll il-kunċett ta’ absentia.
Id-deputat Nazzjonalista kompla bil-liġi, anki l-persuni fl-appell se jistgħu jkolhom il-benefiċċju tad-dubju. L-Avukat Ġenerali se jkollu d-dritt li jappella minn ċertu sentenzi li qabel ma kellux dritt jagħmilhom. L-Oppożizzjoni tabqel ma’ dan l-abbozz iżda għandha emendi biex dan l-abvbozz jirfina.
Hu tkellem dwar l-importanza li l-akkużati ma jkunux impoġġija f’dehra kerha qabel jinstabu ħatja jew anki qabel jitressqu l-qorti. Dan jikkaġuna problemi kbar lil dawn il-persuni. Jeħtieġ li jkun hemm in-nullità tal-proċeduri fejn ikun hemm ksur ta’ ċertu drittijiet fejn anki jkun hemm min jitkllem minn qabel fil-kuntest tal-prinċipju li kulħadd hu dikjarat innoċenti qabel jinstab ħati.
Id-deputat Nazzjonalista tkellem dwar id-dritt tas-silenzju mill-persuni suspettati u akkużati u dwar il-kunċett ġdid li d-deċiżjonijiet jittieħdu fl-assenza tal-akkużat. Din hi sistema li hi waħda wżata f’pajjiżi barranin, sostna Carm Mifsud Bonnici, li kompla li m’għandux ikun permess li xi ħadd jirtessaq il-qorti u titteħed deċiżjoni kontrih waqt li l-akkużat ma jkunx iddefenda lilu nnifsu. Mill-kunsens dirett il-liġi qed tkun għall-kunsens tatiċi meta l-akkużat ma jidhirx. Dan se jibddel l-affarijiet fejn se jkun hemm sitwazzjonjiet li fihom persuni se jħossuhom żvantaġġjati.
//= $special ?>